Skip to main content
Theatre

Stejjer mill-Pinna tan-Nutar: Mixja fl-Arkivji Notarili

4th October 2025 - 4th October 2025
Overview

OPENING DATE4th October 2025

END DATE4th October 2025

VENUENotarial Archives Foundation

CATEGORIES
Theatre

LanguageMalti

Għamel pass lura fiż-żmien hekk kif il-Fondazzjoni tal-Arkivji Notarili tiftaħ il-bibien tagħha għall-ewwel darba, wara r-restawr ta’ żewġ palazzi, waqt Notte Bianca fil-qalba tal-Belt. Għal lejl wieħed biss din ir-rapreżentazzjoni esklussiva se tieħu lill-viżitaturi fuq vjaġġ tul is-sekli biex jiskopru stejjer, sigrieti u teżori moħbija fl-Arkivju Notarili. L-esperjenza tgħaqqad flimkien l-istorja, l-arkitettura u t-teatru f’mixja minn palazz għall-ieħor – żewġ palazzi Barok interkonnessi.

L-esperjeza tinkludi:

- Żjara gwidata fil-mużew u laqgħa ma’ Il-Kantilena ta’ Pietru Caxaro, l-eqdem test letterarju magħruf bil-Malti.

- Rimmaginazzjoni drammatika tal-ittri tal-kursar Pietro Stellini, interpretata mill-atturi Antonella Axisa, Mikhail Basmadjian, Kelly Peplow u Charles Sammut.

- Projezzjonijiet ta’ filmati arkivjati li juru l-passat tal-Belt Valletta u l-ħolqien tal-bandiera Maltija.

- Aċċess esklussiv ta' wara l-kwinti fejn tista’ tara l-konservaturi jaħdmu biex jipproteġu dokumenti li għandhom sekli ta’ storja.

- Installazzjoni immersiva li tistedinek biex tħalli messaġġ tiegħek lill-futur, magħluq f’kapsula taż-żmien li se tinfetaħ fl-2050.

Din mhux sempliċement żjara gwidata imma vjaġġ fil-memorja kollettiva ta’ Malta, fejn kull rokna għandha storja u kull arkivju jikxef il-passat. Gruppi ta’ 10 persuni se jidħlu kull kwarta, bejn is-6pm u l-10:30pm.

Dan il-proġett qed isir b'kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni tal-Arkivji Notarili bħala parti mill-programm ta' Notte Bianca.

Creative Team

DiretturToni Attard

KittiebMiguel Formosa

Cast

In-NutarMikhail Basmadjian

In-NutarCharles Sammut

VinċenzaAntonella Axisa

VinċenzaKelly Peplow

Udjenza Says

Did you like the show?

Leave a review Leave a review