Skip to main content
Comedy

Il-Ħajja Sigrieta tan-Nanna Ġenoveffa

24th April 2026 - 3rd May 2026
Overview

OPENING DATE24th April 2026

END DATE3rd May 2026

VENUETeatru Salesjan

CATEGORIES
Comedy

LanguageMalti

Ir-rumanz tant popolari ta’ Trevor Żahra jieħu ħajja ġdida fuq il-palk, b’adattament teatrali ta’ Marta Vella. Mill-manuskritt li sab in-neputi ta’ Ġenoveffa, jirriżulta li din in-nanna xejn ma kienet mara mansweta u ta’ subagħha f’ħalqha. Il-kitbiet tan-Nanna Ġenoveffa, xi drabi imqarbin, drabi oħra profondi, jikxfu karattru mimli passjoni u enerġija, b’għatx għall-ħajja li tisfida ż-żmien. Lanqas missierha, negozjant magħruf tad-drappijiet, ma seta’ jrażżanha; lanqas iz-zija Fawstina bil-qdusija kollha tagħha jew iz-zija Ġemma bil-pariri prattiċi tagħha. Zanzu biss kien jaf iħollha u jdewwibha. U mid-dehra, mhux biss Zanzu!

Produzzjoni ġdida, b’direzzjoni ta’ Toni Attard, mimlija umoriżmu, nostalġija u xewqat li se ddaħħlek fid-dinja sigrieta ta’ Nanna Ġenoveffa.

Creative Team

DiretturToni Attard

AwturTrevor Zahra

Adattament tal-KtiebMarta Vella

Disinn tas-SettCarlo Tonna

Disnn tad-DawlAndre Micallef

KostumiNicole Cuschieri

Maniġer tal-PalkAnnalisa Schembri

ASMAnne-Marie Camilleri

Cast

AttriċiMarta Vella

AttriċiJosette Ciappara

AtturChrysander Agius

AttriċiChristine Francalanza

AtturSean Borg

Udjenza Says

Did you like the show?

Leave a review Leave a review